Pressjoni baxxa Low blood pressure
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal PRESSJONI BAXXA għandha żewġ partijiet. (i) L-ewwel id waħda tieħu l-forma ta’ B u taqbad id-driegħ l-ieħor. (ii) Imbagħad, isir is-sinjal għal BAXX. L-id tieħu l-forma ta’ 5 dritta bil-pala tħares ’l isfel u l-id tinżel ’l isfel sal-qadd.
The sign for LOW BLOOD PRESSURE has two parts. (i) First, one hand takes the shape of B and grasps the arm. (ii) Then the sign for LOW is made. One hand takes the shape of straight 5 with palm facing downwards and the hand moves downwards to waist level.